Lokali

ESKLUSSIVA: Illejla f’Net News fis-7:30pm se niżvelaw il-manuvri li qed jagħmel Robert Abela biex isalva ġildu

Waqt il-bulettin tas-7:30pm fuq Net Television, se jiġu żvelati b’mod esklussiv il-manuvri li wettaq Robert Abela sabiex jitfa’ ħtija tar-riżultat elettorali fuq in-nies li qed jappoġjaw lil Joseph Muscat. Bis-sorsi tagħna jikkonfermaw li l-Prim Ministru qed iwaħħal f’kulħadd barra fih innifsu.

Net News irċieva sensiela ta’ telefonati minn nies illi ġejjin mill-klikka ta’ Muscat sabiex jikxfu dak li għaddej. “Qed nagħmlu hekk għax ma nifilħux aktar l-istat li spiċċa fih il-partit”, qaltilna esponent ewlenija tal-Partit Laburista.

Fil-bulettin tal-lejla, se nkunu qed nikxfu dak li ġara mil-laqgħa tal-Eżekuttiv ‘il quddiem.

Il-Ħadd,  Robert Abela – wara li għamel kampanja jitlob għal mandatt b’saħħtu u jitkarrab għall-fiduċja – spiċċa jgħid li hemm bżonn bidla fil-mentalità.

Robert Abela spiċċa wkoll jhedded li dawk li ma vvutawx illi huma responsabbli għal dak li se jħallu lil uliedhom fil-futur.