Sport

Fil-finali tal-Grand Prix ta’ Messina… Ebejer jirbaħ taħt l-20 sena u Pisani jirbaħ il-veterani

Bormla Subbuteo Club wasal sal-finali tal-Grand Prix ta’ Messina fejn fil-finali li kienet bilanċjata, tilef kontra Barcelona 1-2 . Bormla Subbuteoi Club wasal sal-finali wara li rebħu grupp 1 bħala seed numru 3 fil-klassifika dinjija tat-timijiet. Kien ukoll l-uniku tim barrani minn 13-il tim parteċipant mill-Italja. Rebħa ta’ 3-0 vs Tim B Cosenza, u rebħa ta’ 3-1 kontra Catania u telfa ta’ 1-2 kontra Messina kien biżżejjed biex Bormla rebħu l-grupp u għaddew għas-semifinali fejn iltaqgħu kontra Reggio Calabria fejn rebħu 3-0 u għaddew għall-finali.

Fil-finali Bormla Subbuteo Club sfaw megħluba 2 – 1 minn Barcelona.  It-tim kien magħmul minn Jason Pisani , George Ebejer , John Zammit , Josef Camilleri u Thomas Ebejer .

Fil-kompetizzjoni individwal  Thomas Ebejer iddomina meta  rebaħ il-kategorija  ta’ taħt l-20 sena filwaqt li  Jason Pisani ddomina l-kategorija Veterani meta fil-finali għeleb  3-2 lil Torano fil-ħin barrani . John Zammit wasal sas-semifinali u fl-Open Kategorija George Ebejer wasal sas semifinali fil-Kategorija Open fejn tilef kontra Sciacca li eventwalment rebaħ il-Kategorija.

Bormla Subbuteo Club aktar tard dan ix-xaħar se jikkompeti fil-Major ta’ Ateni Grecja  filwaqt li f’Lulju fil-Gran Prix ta’ Ludwisburg, fil- Ġermanja.