Lokali Parlament

Fl-ambjent u l-ħsejjes hemm liġijiet frammentati


Rebekah Borg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Rebekah Borg qalet li hemm liġijiet frammentati dwar il-ħsejjes u appellat biex ikun hemm liġijiet komprensivi dwar din il-probelam. Hi appellat ukoll biex id-deċiżjonijiet fl-ambjent ma jibqgħux jittieħdu mill-politiku u biex l-ERA tingħata prijorità fuq deċiżjonijiet li jittieħdu fl-ambjent.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li n-nies huma inwketati minħabba l-mard respiratorju kaġunat mit-tniġġiż fl-ambjent. In-nies tinsab imdejqa wkoll minħabba d-drenaġġ li jfur fil-baħar u mid-dħaħen fl-arja.


Rebekah Borg qalet li l-entitajiet tal-gvern qed jiksru r-regolamenti ambjentali. Il-gvern m’għandux direzzjoni u għalhekk l-ambjent qed ikun sagrifikat. Dan qed jitwettaq b’mod ċar fit-toroq fejn il-gvern qed jeħel il-penali imposti u xorta jibqa’ għaddej bil-proġetti tiegħu.


Il-Kummissjoni Ewropea diġà ilment dwar l-impjenjati tat-trattament tal-iskart għaliex dawn mhumiex tal-livell neċessarju u anki kitbet lill-gvern Malti. L-awtoritajiet Maltin qalu li l-problema tad-drenaġġ fl-ibħra se ddum sal-2027 bil-possibbiltà li Malta jkollha tħallas multi kbar.


Rebkah Borg semmiet ix-Xgħajra fejn qed joħroġ id-drenaġġ fil-baħar iżda l-WSC qed tgħid li dan mhuwiex drenaġġ għalkemm is-sitwazzjoni tidher li fiha hemm problema ta’ ħruġ ta’ drenaġġ.


Hi semmiet Kemmuna u qalet li hemm problemi kbar minħabba li ma sarx studju dwar kemm tiflaħ nies Kemmuna.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-ambjent qed isofri anki minħabba deċiżjonijiet fl-enerġija u sostniet li fil-bini, l-iskop għandu jun il-mod kif il-persuna se tuża l-binijiet. Il-poplu qed jara bini ikrah kullimkien propju għaliex il-bini mhux adatt.