Lokali Parlament

Il-Gvern falla fil-provvista tad-dawl


Darren Carabott, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott qal fil-parlament li l-gvern falla fil-provista tad-dawl.


Darren Carabott qal li l-politiku għandu jitħalla barra mid-deċiżjonijiet ambjentali u kompla li d-dħaħen tal-bastimenti li jidħlu fil-Port il-Kbir huma ta’ tħassib għall-komunitajiet tal-ewwel distrett elettorali.
Hu rrikonoxxa l-importanza tal-industrija tal-bastimenti li jidħlu l-Port il-Kbir iżda jridu jittieħdu l-azzjonijiet dwar ir-riperkussjonijiet ta’ din l-industrija partikolarment tas-saħħa tar-residenti li jgħixu f’dawn il-lokalitajiet.


Il-pajjiż għandu piżijiet kbar bit-tniġġiż fl-arja u l-ħsejjes, sostna Darren Carabott, li appella biex ikun hemm l-infurzar meħtieġ. Hu qal li hemm familji li ma jistgħux jiftħu t-twieqi għax jgħixu f’żona mniġġza.
Darren Carabott qal li kien Gvern Nazzjonalista li installa l-interconnector u kien hawn qbil dwar l-energy mix għalkemm il-PL kien tkellem favur power station ġdida.


Il-PL kien qed iqajjem kwistjonijiet ambjentali favur power station u staqsa jekk il-pajjiż ikunx fi kriżi ta’ enerġija kienu m’hemmx l-interconnector. Hu qal li l-qtugħ tad-dawl juri li l-pajjiż qed jiddependi biss mill-interconnector għaliex m’għandux energy mix kif kien wiegħed il-Gvern Laburista. Fil-provista tad-dawl il-gvern Laburista falla, sostna Darren Caraott.


Id-deputat Nazzjonalista enfażizza l-proposta tal-PN biex l-ambjent ikun dikjarat dritt fundamentali biex dan ikun garantit għaċ-ċittadini Maltin.