Lokali

Il-Ministri ta’ Abela jaħarbu milli jwieġbu dwar il-kummenti ta’ Joseph Muscat

Il-Ministru Jonathan Attard flimkien mas-Segretarju Parlamentari Andy Ellul ħarbu milli jirrispondu dwar il-kummenti li għadda l-eks Mexxej tal-Labour Joseph Muscat – illi fetaħ il-kanuni fuq il-Partit Laburista meta ddikjara li l-Labour spiċċa maqtugħ mill-votant.

Ma’ Net News numru ta’ ministri stqarrew illi ma jafux x’qal Joseph Muscat jew li kulħadd għandu l-perspettiva tiegħu. Filwaqt li s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttiġieġ tenniet illi l-Partit Laburista rebaħ l-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju b’maġġoranza.

Fiż-żewġ elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju, il-Partit Laburista tilef eluf ta’ voti. Dan apparti li tilef siġġu fil-Parlament Ewropew.

Aktar kmieni f’intervista mat-Times of Malta Joseph Muscat sostna li l-Labour jinsab maqtugħ minn nies u li ma kellux jiġbor in-nies quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista wara l-aħbar tar-riżultat fit-8 ta’ Ġunju.