Internazzjonali

Il-President tikkonferma l-appoġġ sħiħ ta’ Malta sabiex jintlaħaq punt komuni għall-paċi

“Nikkonferma l-appoġġ sħiħ ta’ pajjiżi sabiex jintlaħaq punt ta’ tluq komuni li jwassal għall-paċi”.

Kliem il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, fil-messaġġ tagħha fis-summit dwar il-paċi fl-Ukrajna li sar bejn il-jiem tas-Sibt u l-Ħadd fl-Isvizzera.

Fejn hi faħħret l-impenn tal-Konfederazzjoni Żvediża li jsejjaħ dan is-summit bil-għan illi diversi membri tal-komunità internazzjonalil jingħaqdu sabiex jieħdu azzjoni fuq l-interessi konġunti tagħhom.

Dan kollu bl-interess li tintlaħaq paċi dejjiema fl-Ukrajna u ċ-ċittadini tagħha.

L-Eċċellenza tagħha, spjegqat illi din l-okkażjoni pprovdiet l-opportunità li jiġi affermat mill-ġdid li l-paċi hija possibbli biss jekk tkun ibbażata fuq drittijiet internazzjonali.

Fejn għamlet refernza għaċ-Charter tan-Nazzjonijiet Uniti – li l-President ta’ Malta ddefenixxita bħala l-pedament ta’ multilateriżmu bbażat fuq ir-rispett reċiproku bejn in-nazzjonijiet.

Intant, l-Eċċellenza tagħha Myriam Spiteri Debono stqarret illi waqt li l-pajjiżi jħarsu lejn futur paċifiku, ma għandna qatt ninsew it-tbatija li xeħtet din il-gwerra fuq iċ-ċivili u għaldaqstant tenniet li hija responsabbiltà konġunta tan-nazzjonijiet li jassiguraw illi l-assistenza titwassal għand dawk li huma fil-bżonn fl-Ukrajna.

Il-President għalqet id-diskors tagħha billi fakkret li dan is-summit kien pass importanti u għalhekk għandu jkun il-bażi ta’ aktar laqgħat bil-għan li tiġi assigurata paċi dejjiema fl-Ukrajna.

Preżenti għal dan is-summit kienet ukoll il-President tal-Parlament Ewropew u MEP Nazzjonalista Roberta Metsola, illi spjegat kif il-Parlament Ewropew jappoġġja b’mod totali l-inizjattiva Peace Formula tal-Ukrajna – hekk kif hi l-qafas ta’ paċi dejjiema fl-Ukrajna.

Il-President tal-Parlament Ewropew insistiet illi bħala nazzjonijiet, għandna nagħfsu fuq proċess ta’ paċi li jissalvagwardja l-interessi tal-Ukrajna u t-territorju tagħha. Fejn tenniet illi hi tilqa’ n-negozjati fl-Unjoni Ewropea li se jibdew fil-25 ta’ Ġunju.

Intant, Roberta Metsola stqarret li ma jistax ikun hemm paċi mingħajr il-libertà u għaldaqstant tenniet li id-diffikultajiet li qed jaffaċċja dan il-pajjiż huwa ta’ importanza għall-komunità internazzjonali kollha.

Għaldaqstant, kien il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ian Borg illi fuq post fil-midja soċjali tiegħu – abbinat ma’ ritratt tiegħu flimkien mal-Eċċellenza tagħha Myriam Spiteri Debono u l-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola illi stqarr li huma tliet Maltin li qed jinsistu għall-paċi.