Futbol Sport

Ir-Rumanija b’rebħa mhux mistennija kontra l-Ukrajna

(Ritratt: EPA)

RUMANIJA………………….3

UKRAJNA…………………….0

Rumanija: F. Nita, N. Bancu, A. Burca, R. Dragusin, A. Ratiu, M. Marin (A. Rus 75′), F. Coman (V. Mihaila 62′), N. Stanciu (B. Racovitan 87′), R. Marin, D. Man (I. Hagi 62′), D. Dragus (G. Puscas 75′)

Ukrajna: A. Lunin, O. Zinchenko, M. Mativiienko, I. Zabarnyi, Y. Konoplia (O. Tymchyk 72′), T. Stepanenko (V. Brazhko 62′), M. Shaparenko (R. Yaremchuk 63′), M. Mudryk, H. Sudakov (R. Malinovskyi 83′), V. Tsyhankov (A. Yarmolenko 63′), A. Dovbyk

Imwissija: R. Marin 79′ (R), Y. Konoplia 67′ (U)

Skurjaw: N. Stanciu 29′, R. Marin 53′, D. Dragus 57′ (R)

Referee: Glenn Nyberg (Żvezja)

Ir-Rumanija mmexxija minn Edward Iordanescu kisbu rebħa mhux mistennija ta’ 3-0 kontra l-Ukrajna. Din kienet l-ewwel rebħa f’24 sena f’fażi finali tal-Kampjonati Ewropej.

Kien il-captain Nicolae Stanciu li poġġa lir-Rumeni fil-vantaġġ wara 29 minuta b’konklużjoni mill-isbaħ fir-rokna ta’ fuq tax-xibka wara li approfitta minn żball tal-goalkeeper Andriy Lunin.

Minkejja xi azzjonijiet perikolużi mit-tim Ukren id-difiża Rumena għarfet tikkontrolla l-attakkanti Ukreni. Fit-tieni taqsima r-Rumanija rduppjaw meta kien Razvan Marin li b’konklużjoni wkoll minbarra l-kaxxa qarraq għal kollox bil-goalkeeper Lunin li għal darb’oħra sofra gowl li faċilment seta’ kien evitat.

Ir-Rumanija għalqu l-partita fis-57 minuta meta kienn Denis Dragus li mill-viċin ikkonkluda fuq azzjoni ta’ Dennis Man. L-unika rebħa tar-Rumanija waslet fl-EURO 2000 meta dakinhar kienu għelbu lill-Ingilterra 3-2.