Futbol Sport

Is-Slovakkja jaħsdu lill-Belġju

(Ritratt: EPA)

BELĠJU……………….0

SLOVAKKJA…………1

Belġju: K. Casteels, Y. Carrasco (D. Lukebakio 84′), Z. Debast, W. Faes, T. Castagne, A. Onana, O. Mangala (J. Bakayoko 57′), L. Trossard (Y. Tielemans 74′), K. De Bruyne, J. Doku (L. Openda 84′), R. Lukaku

Slovakkja: M. Dubravka, D. Hancko, M. Skriniar, D. Vavro, P. Pekarik, O. Duda (A. Obert 94′), S. Lobotka, J. Kucka, L. Haraslin (T. Suslov 70′), R. Bozenik (D. Strelec 70′), I. Schranz (D. Duris 81′)

Imwissija: O. Mangala 29′, D. Lukebakio 85′, Y. Tielemans 76′ (B), I. Schranz 41′ (S)

Skorja: I. Schranz 7′ (S)

Referee: Umut Meler (Turkija)

Fil-Frankfurt Arena, is-Slovakkja kontra kull mistenni għelbu lill-Belġju bl-iskor ta’ 1-0. Partita mimlija kontroversja bil-Belġju jkollhom żewġ gowls imħassra permezz tal-VAR.

Bidu mill-aqwa għall-Islovakki hekk kif wara biss seba’ minuti marru fil-vantaġġ meta Ivan Schranz approfitta minn żball tal-winger ta’ Manchester City Jeremy Doku.

Il-Belġju wettqu reazzjoni u kellhom numru ta’ okkażjonijiet ta’ skor iżda naqsu milli jikkapitalizzaw. Din kienet rebħa mhux mistennija hekk kif il-Belġju jinsabu fit-tielet post fir-ranking tad-dinja filwaqt li l-Islovakkja jinsabu fit-48 post.

Fil-partita li jmiss il-Belġju jridu jwettqu reazzjoni meta jilagħbu kontra r-Rumanija li bdew b’rebħa filwaqt li l-Islovakkja jilagħbu kontra l-Ukrajna.