Il-Gvern waħħal fl-interconnector. Iżda l-verità hi, li imnalla hemm l-interconnector li jipprovdi l-elettriku minn Sqallija.
Hekk kitbu ħafna persuni li l-Ħadd esperjenzaw qtugħ fil-provvista tad-dawl; f’ġurnata meta t-temperaturi ma kienux sħan b’mod eżaġerat, u wara li l-Gvern – suppost – investa miljuni kbar fis-sistema tad-distribuzzjoni.
Iżda wara xhur sħaħ ta’ propaganda, erġajna għall-istess storja tas-sena li għaddiet – pajjiż sħiħ bla dawl.
Stqarrija tal-Enemalta kkonfermat li s-sistema tad-dawl waqgħet kompletament minħabba li filgħodu intefa’ l-interconnector għall-maintenance. U mingħajru, il-power station tal-gass weħidha ma felħitx – fi kliem sempliċi, pajjiżna qiegħed dipendenti fuq dan l-interconncetor li sar minn Gvern Nazzjonalista.
Fuq Facebook, malli inqata’ d-dawl, kienu bost li bdew jilmentaw hekk kif irrimarkaw li issa l-elezzjoni għaddiet u għaldaqstant il-Gvern ma għandux bżonn il-vot tal-poplu.
Dan filwaqt li staqsew jekk huwiex il-każ li reġgħu saħħnu l-cables kif kienet spjegat il-Ministru Miriam Dalli wara ġranet sajfin bla dawl matul Lulju li għadda.
Kienu bosta wkoll li qalu li issa se jkunu qed ilestu l-kotba għas-saga ta’ qtugħ tad-dawl li tidher li se tirrepeti ruħha – kif kienet irrakomandat il-Ministru Julia Farrugia Portelli.
Surrealment – f’Marzu tal-2024 l-Enemalta stqarret illi f’pajjiżna jiġi ġġenerat biżejjed enerġija sabiex ilaħħaq mad-domanda għolja li jkollu pajjiżna – b’mod speċjali matul is-sajf.
Bil-kumpanija tispjega illi l-Enemalta għadha qed tevalwa l-offerti li għandha sabiex isir investiment 46 miljun ewro għall-impjant temporanju tal-enerġija li jintuża fl-emergenzi. Impjant, li kif tiġi kkonfermata l-offerta, għandu jiġi stabbilit fi 13-il ġimgħa.
Dan l-impjant se jsir biss temporanjament sakemm it-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija jibda’ jintuża.
//= $special ?>