Skond l-istqarrija maħruġa lbieraħ mill-Enemalta, il-bieraħ kien għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fuq l-interconnector, liema xogħol kien ippjanat, u li għaldaqstant wieħed jistenna li kulħadd kien infurmat dwar dan fl-Enemalta, inkluż il-Ministru tal-Enerġija. Dan ifisser li wieħed ried jassigura li l-mod kif kellha ssir din il-manutenzjoni, kellha tkun wahda ppjanata biex ikun żgurat li ma taffettwa lil ħadd.
Hekk iddikjara Ryan Callus, Shadow Minister għall-Enerġija, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, fi stqarrija maħruġa dalgħodu.
Rajna għal darb’ohra tentattiv biex jitpenġa xenarju fejn it-tort jerga’ jintefa’ fuq l-interconnector. Verament kif jgħidu l-Inglizi, history repeats itself. Il-verità hi li l-interconnector ma kellu xejn x’jaqsam ma dak li ġara lbieraħ.
Li ġara l-bieraħ juri kif l-Enemalta, taħt Gvern Laburista, falliet fl-aktar ħaġa bażika – li twettaq manutenzjoni jew tiswijiet b’mod ippjanat bl-anqas impatt possibli. Ġara bil-kontra – żviluppat sitwazzjoni li wasslet għall-akbar impatt possibli – kollass tas-sistema kollha u qtugħ ta’ dawl madwar il-pajjiż kollu. Dan hu riżultat ta’ nuqqas ta’ ppjanar tax-xogħol u tmexxija politika li ma kienitx kapaċi tagħraf il-punti kritiċi ta’ xenarji differenti fis-settur tal-enerġija.
Taħt tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista, l-Enemalta jkollha protokolli ċari fosthom ‘business continuity plan’, li jinkludi fih assessjar tal-punti kritiċi f’każi ta’ manutenzjoni bħal tal-bieraħ. B’dak li ġara lbieraħ, jidher li l-problemi tal-Enemalta mhumiex biss id-distribuzzjoni u l-ġenerazzjoni, iżda issa wkoll il-manutenzjoni.
//= $special ?>