Il-UEFA mmultat lill-FA Serbjana wara li numru ta’ partitarji xeħtu affarijiet fil-grawnd waqt il-partita kontra l-Ingilterra. Il-Pulizija qalet li tmien minn nies mis-Serbja kienu arrestati qabel il-partita wara ġlieda bejn il-partitarji tal-Ingilterra u tal-istess Serbja.
L-akkużi maħruġa mill-UEFA qalu wkoll li kien hemm messaġġi provakittivi u li mhumiex xierqa waqt avveniment sportiv. Aktar qabel il-Federazzjoni tal-Futbol tal-Kossovo resqet ilment quddiem il-UEFA minħabba slogans, bnadar u korijiet b’messaġġi razzisti mill-partitarji tas-Serbja.
//= $special ?>