Lokali Parlament

L-infurzar tal-uffiċjali tal-OHSA fuq il-post tax-xogħol hu fundamentali


Stanley Zammit, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Stanley Zammit qal fil-parlament li l-infurzar tal-uffiċjali tal-OHSA fuq il-post tax-xogħol hu fundamentali.


Stanley Zammit qal li l-2023 kienet dominata mir-reżistenza tal-gvern għall-inkjesta pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia. Dan wera n-nuqqas ta’ ħeġġa u kompetenza tal-gvern li jwettaq l-obbligu pożittiv u jieħu l-miżuri biex jissalvagwarda l-ħajja ta’ kulħadd.


Id-dpeutat Nazzjonalista qal li l-ħaddiema tal-OHSA m’għandhomx impjieg faċli u tkellem dar l-importanza tal-prevenzjoni fuq il-post tax-xogħol. L-industrija ma tistax tibbaża fuq ir-regolamentazzjoni mis-settur innifsu iżda jeħtieġ li jkun hemm infurzar mill-uffiċjali tal-infurzar tal-OHSA li għandhom ikunu mħarrġa.


Stanley Zammit qal li għandu jkun hemm kejl tal-effettività tal-kampanji tal-OHSA u sostna li l-OHSA għandha tirristruttura l-mod kif tiġbor ir-rapporti li għandhom ikunu dettaljati biżżejjed u jsiru fil-ħin. Jeħtieġ li l-OHSA tiffaċilità l-proċessi u l-ħaddiema jkunu iktar komunikattivi u effiċenti mal-partijiet invouti għalhekk l-investiment fir-riżorsi umani huma fundamentali.