Sport

Malta fil-kampjonati tal-pool


Malta ser tieħu sehem fil-kampjonati mondjali tal-Pool li ser isiru ġewwa Blackpool, fl-Ingilterra, bejn it-18 u s-27 ta’Ġunju. It-tliet timijiet Maltin, mibgħuta mill-Malta Pool Association, ħallew Malta u ser jieħdu sehem fil-kateogirji tal-irgiel, Under 18’s u Over 50’s.

It-tim tal-irgiel, li ser ikun immexxi minn Carmel Cilia, ser ikun kompost minn Clayton Castaldi, li ser jiddefendi t-titlu ta’ champion mondjali mirbuħ is-sena l-oħra fil-Marokk; Gary Carr; Ryan Pisani; Owen Amato; Dejan Grech; Wayne Pace; Gilmoure Scicluna u Claudio Cassar.

It-tim taż-żgħażagħ ta’ taħt it-tminntax-il sena, li ser ikunu qegħdin jiddefendu t-titlu mirbuħ is-sena l-oħra, ser ikun kompost minn Steve Muscat, Nick Muscat, Jake Castaldi u Denzel Falzon filwaqt li Noel Cassar ser ikun inkarigat biex imexxi t-tim.

It-tim nazzjonali Malti tal-Over 50’s, immexxi minn Pasquale Sciberras, huwa magħmul mill-players Manuel Mallia, Marco Bonello, Antione Aquilina, Ray Caruana, Joe Camilleri u Marcel Micallef.
Barra l-kampjonati tat-timijiet, kull player ser ikun impenjat fil-kampjonati individwali mondjali, kompetizzjoni doubles kif ukoll f’tournament prestigjuż imsejjaħ World Masters Tournament.
Vincent Degiorgio, segretarju tal-Malta Pool Association kif ukoll teżorier tal-Federazzjonijiet Ewropej u Mondjali, ser ikun l-uffiċjal inkarigat mill-kontinġent Malti.