Ewropa Lokali

“Naħdmu għal Ewropa li tagħraf aktar liċ-ċittadin Malti u biex il-Maltin ikunu aktar fil-qofol tal-Unjoni Ewropea” – Bernard Grech

Il-ċittadin Malti għandu jibqa’ fil-qofol tal-politika Ewropea, hekk kif dan il-prinċipju hu fil-qofol tal-ħidma tal-Partit Nazzjonalista.

Dan hu dak li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech matul l-ewwel seduta tas-Summit tal-Partit Popolari Ewropew, hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien fil-qofol tad-diskussjoni, hekk kif il-Partit Nazzjonalista hu wieħed mill-partiti li sarraf f’żieda fis-siġġijiet tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew.

Matul id-diskussjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li kienu diskussi n-nomini għall-irwoli għolja fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej, b’Roberta Metsola tkun innominata mill-ġdid għall-Presidenza tal-Parlament Ewropew.

Fl-istess jum tat-Tnejn, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista iltaqa’ mal-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Dan minbarra laqgħat ma’ mexxejja oħrajn fi ħdan l-istess grupp.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mis-Segretarju Internazzjoni tal-Partit Nazzjonalista Beppe Galea.