Futbol Sport

Partitarji Ingliżi jgergru dwar is-servizz tat-trasport pubbliku fil-Ġermanja

Aktar minn 20,000 partitarju Ingliż, il-Ħadd filgħaxija kienu fl-Arena AufSchalke f’ Gelsenkirchen biex jaraw lill-pajjiżhom fl-ewwel partita kontra s-Serbja. Numru ta’ partitarji gergru dwar is-servizz tat-trasport pubbliku lejn u anke lura mill-grawnd hekk kif numru ta’ partitarji tilfu ferroviji wara l-partita b’ħafna minnhom jagħżlu li jimxu lejn id-destinazzjoni tagħhom,

Thomas Concannon, kelliem għall-Football Supporters Association qal li s-sitwazzjoni kienet waħda inaċettabbli, dan wara li l-partitarji kienu assigurati li s-servizz kien se jkun mill-aqwa.

Waħda mill-partitarji li attendiet il-partita qalet li s-sitwazzjoni kienet waħda perikoluża, dan anke għall-fatt li fit-toroq ftit li xejn kien hemm sinjali. Bosta partitarji qalu li wasalu fil-lukandi tagħhom ħames sigħat wara l-partita.

Fi stqarrija, l-pulizija Ġermaniża rringrazzjat li żewġ settijiet ta’ partitarji għal mod kif ġabu rwieħhom waqt il-partita minkejja xi inċidenti qabel il-bidu ta’ dan il-konfront.