Futbol Sport

Rebħa sofferta għall-Franza

(Ritratt: EPA)

AWSTRIJA…………….0

FRANZA………………..1

Awstrija: P. Pentz, P. Mwene (A. Prass 88′), M. Wober (G. Trauner 59′), K. Danso, S. Posch, F. Grillitsch (P. Wimmer 60′), N. Seiwald, M. Sabitzer, C. Baumgartner, K. Laimer (R. Schmid 91′), M. Gregoritsch (M. Arnautovic 59′)

Franza: M. Maignan, T. Hernandez, W. Saliba, D. Upamecano, J. Kounde, A. Rabiot (E. Camavinga 71′), N. Kante, M. Thuram, A. Griezmann (Y. Fofana 91′), O. Dembele (R. Kolo Muani 71′), K. Mbappe (O. Giroud 90′)

Imwissija: P. Mwene 34′, M. Wober 16′, C. Baumgartner 80′, K. Laimer 84′, K. Danso 93′ (A), O. Dembele 56’n K. Mbappe 90′ (F)

Skorja: M. Wober 38′ awtogowl (F)

Referee: Jesus Gil Manzano (Spanja)

Franza kisbu rebħa sofferta ta’ 1-0 kontra l-Awstrija fl-ewwel partita tagħhom f’din l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej. Minkejja li kellhom anqas pusses matul il-partita t-tim Franċiż ħoloq bosta okkażjonijiet ta’ skor iżda l-attakkanti Franċiżi naqsu milli jikkonkludu.

Il-gowl li ddeċieda din il-partita wasal fit-38 minuta meta kien id-difensur Maximilian Wober li f’tentattiv li jtajjar il-ballun xeħet fix-xibka tiegħu liema gowl kien biżejjed biex Franza kisbu l-ewwel tliet punti f’dan it-tournament.

L-Awstrija pruvaw joħolqu numru ta’ azzjonijiet iżda sabu lid-difensur William Saliba u lill-goalkeeper Mike Maignan f’forma mill-aqwa. Franza wkoll kellhom ċans ikabbru l-vantaġġ iżda l-istilla l-ġdida ta’ Real Madrid Kylian Mbappe ma kienx fil-forma tas-soltu u falla żewġ ċansijiet ċari ta’ skor.