Id-difensur tal-Iskozja Ryan Porteous se jkun qed jitlef l-aħħar żewġ logħbiet minn Grupp A wara li tkeċċa fl-ewwel partita kontra l-Ġermanja fit-telfa li pajjiżi sofra bl-iskor ta’ 5-1.
Porteous tkeċċa wara daħla kerha fuq Ikay Gundogan liema azzjoni waslet biex sussegwentament il-Ġermanja ngħataw penalty u marru 3-1 fil-vantaġġ permezz ta’ Kai Havertz. L-Iskozja jilagħbu l-partita li jmiss kontra l-Iżvizzera nhar l-Erbgħa u jtemmu l-impenji tagħhom nhar il-Ħadd kontra l-Ungerija.
L-FA Skoċċiża kienet ukoll mmultata €5,625 wara li l-partitarji tefgħu xi oġġetti fil-grawnd waqt l-istess partita.
//= $special ?>