Kulħadd staqsa x’kienet iċ-ċelebrazzjoni l-ġdida tal-midfielder Ingliż Jude Bellingham wara l-gowl li bih ta r-rebħa lit-tim nazzjonali Ingliżi fl-ewwel partita fl-EURO 2024 kontra s-Serbja.
Meta mistoqsi mill-ġurnalisti wara l-partita għaliex għażel li jiċċelebra b’dak il-mod flimkien ma’ Trent Alexander-Arnold qal li iċ-ċelebrazzjoni kienet ispirata mil-logħba Werewolf, fejn l-għan tal-logħba huwa li wieħed joqtol lil ‘werewolves’ li jkunu f’villaġġ.
Bellingham rebaħ il-plejer tal-partita kontra s-Serbja fejn għamel dan ukoll fi tliet logħbiet tal-UEFA Champions League fl-istaġun li għadda ma’ Real Madrid, fiż-żewġ partiti kontra Napoli u anke Union Berlin. B’kollox matul l-istaġun li għadda Bellingham rebaħ dan l-unur 15-il darba.
Hu kien fost l-aħjar plejer fil-grawnd fil-partita kontra s-Serbja fejn kkontrolla r-ritmu tal-partita.
//= $special ?>