Żewġ persuni ġarrbu l-ġrieħi wara li l-karozza baqgħet dieħla f’arblu.
L-inċident seħħ il-Ħadd waranofsinhar għall-ħabta tal-4:30 fi Triq San Tumas, Ħal Luqa.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li raġel ta’ 65 sena residenti Ħaż-Żabbar, kien qiegħed isuq Kia Picanto, tilef il-kontroll u ħabat f’arblu. Miegħu fil-karozza kien hemm ukoll mara ta’ 61 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Huma ngħataw l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Aktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li weġġa’ ħafif filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>