Lokali

Żewġt irġiel jweġġgħu wara li kienu nvoluti f’argument li seħħ il-Mosta

Żewġt irġiel ġarrbu l-ġrieħi wara li kellhom argument li seħħ il-Mosta.

L-argument seħħ il-Ħadd filgħaxija għall-ħabta tas-6:00 fi Triq Patri Ġużè Delia.

Il-Pulizija marret fil-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien qam argument bejn raġel ta’ 39 sena residenti l-Belt Valletta u raġel ta’ 40 sena residenti Ħal Tarxien.

Tim mediku ta l-assistenza u r-raġel ta’ 39 sena ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar kura, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

Ir-raġel l-ieħor kompla jingħata l-kura fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta, fejn ġie ċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin