Il-Kamra tal-Periti qed titlob lil Gvern biex jidħol f’diskussjoni magħha, sabiex ikun hemm riforma fil-policies tal-bini fejn il-Kamra talbet biex ikun hemm diskussjoni dwar numru ta’ proposti.
Fost l-oħrajn, il-Kamra tal-Periti qalet li għandu jkun hemm liġi nazzjonali dwar l-arkitettura, u għandu jkun hemm ukoll riveżjoni dwar kif il-proġetti ikunu stmati biss fuq livell arkitettoniku. Dan jista’ jsir grazzi għal reviews minn panels li jitwaqqfu apposta.
Qed isir ukoll appell għal diskussjoni bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Periti dwar strateġija tal-iżvlupp f’zoni urbani, kif ukoll diskussjoni kif għandu jkun hemm kompetizzjoni bejn il-periti dwar id-disinn ta’ proġetti li jkunu iffinanzjati mill-fondi publiċi.
Il-Kamra tal-Periti tisħaq ukoll li għandu jkun hemm riforma dwar is-sistema tal-ippjanar tal-bini u li din ma għandix tibqa’ tiddependi biss fuq il-liġijiet li jikkontrolaw l-iżvillup imma minflokk għandha tiddependi fuq pjanijiet li jkunu ibbażati fuq riċerka u pjanijiet starteġiċi skont kull lokalità.
Mhux hekk biss. Il-Kamra tal-Periti insistiet li l-proċess tal-kontrol tal-iżvilupp inifsu, jeħtieġ li jiġi riformat. U bini ta’ kwalità inferjuri m’għandux ikun permess – irrispettivament mill-parametri imniżżla skont id-dokumenti publiċi.
Dwar l-emenda l-ġdida tad-dokument DC15, il-Kamra tal-Periti qalet li din ma ġġib l-ebda bidla sinifikanti jekk kif qed tassumi il-Kamra, l-ogħli tal-bini tal-villas, bangalous kif ukoll tal-bini f’zoni UCA jibqgħu kif inhuma.
//= $special ?>