Sport

David Pace se jikkompeti fl-ITTF World Table Tennis Masters f’Ruma

Il-plejer veteran tat-table tennis David Pace se jkun qed jieħu sehem fl-ITTF World Table Tennis Masters li se jsir fil-belt kapitali Taljana, f’Ruma, bejn is-6 u l-14 ta’ Lulju.

B’kollox hemm madwar 6,000 atleta li se jeħu sehem b’Pace li se jkun l-uniku plejer li se jirrappreżenta lil pajjiżu. Hu se jkun qed jikkompeti fis-singles tal-irġiel u anke fil-mixed doubles ta’ ‘l fuq minn 55 sena flimkien mal-plejer Taljana Roberta Negriolli u l-men’s doubles flimkien mal-Iżvizzeru Olivier Stryjski.

Bħalissa, Pace qed jintensifika t-taħriġ tiegħu fuq il-mejda fejn apparti dak fiżiku qed jipprepara wkoll psikoloġikament għal dan l-avveniment ferm importanti.

Sadanittant Pace se jsir jaf min se jkunu l-avversarji tiegħu hekk kif fil-jiem li ġejjin telgħin il-poloz uffiċjali.