Il-Qorti qalet li dak li seħħ fis-Siġġiewi kien frodi elettorali. Iżda skont il-Ministru Roderick Galdes dan mhux biżżejjed biex hu jagħmel apoloġija.
Il-Partit Nazzjonalista rebaħ 99 rikors li kien ressaq il-Qorti wara li numru ta’ karti tal-identità kienu inqalbu fuq blokka tal-Gvern li ma kinitx lesta; u li fiha ma kien joqgħod ħadd.
Fil-Qorti nstab li wieħed mill-votanti lanqas biss kien infurmat li ngħata residenza fis-Siggiewi, u kien intalab minn rappreżentat tal-Aġenzija Identità biex jiffirma żewġ applikazzjonijiet għall-bdil tal-karta tal-identità.
Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech innifisa kienet ikkonfermat kif eletturi ġew manipulati biex il-vot tagħhom jinqeleb fuq il-lokalità tas-Siġġiewi meta dan ma setax issir peress li din il-binja tal-housing ma kinitx waħda abitabbli.
Wara li nkixef dan l-iskandlu, Net News staqsa lill-Ministru Roderick Galdes jekk hux se jiskuża ruħu. It-tweġiba tiegħu turi biċ-ċar li m’għandu ebda dispjaċir għall-manuvri li saru fl-aħħar xhur… u li lanqas għadu biss fehem il-messaġġ ċar li tawh ir-residenti tas-Siġġiewi fl-elezzjoni tal-Kunsilli.
Minkejja l-impressjoni li prova jagħti Galdes mal-mikrofonu ta’ Net News, din il-lokalità kienet immexxija minn maġġoranza Laburista. Issa, wara l-vot b’saħħtu tat-8 ta’ Ġunju, il-PN reġa’ qaleb il-maġġoranza – kif għamel fil-Mosta, f’San Ġwann, fl-Imsida, f’San Pawl il-Baħar u fiż-Żebbuġ Għawdex
//= $special ?>