Lokali

Ebda garanzija li mhux se jkollna qtugħ tad-dawl

Id-dawl, nhar il-Ħadd, inqata’ tal-inqas tliet darbiet.

L-Enemalta qalet li dan seħħ minħabba manutenzjoni li kienet qed issir fuq l-interconector. U l-Gvern qed jibqa’ jserraħ ras in-nies li mhemmx problemi – għaliex il-qtugħ kien għal siegħa biss.

Iżda l-poplu Malti wasal waħdu għall-konkulzjoni; li Malta tiddependi fuq l-inetrconector, hekk kif mal-mument li kien hemm trip f’Delimara din wasslet għall-interuzzjoni fil-provista sħiħa tal-elettrku.

Minkejja dan, il-Ministru Miriam Dalli baqgħet tinsisti ma’ Net News li f’siegħa kulħadd kellu l-provista tal-elettriku lura.  

Barra l-Parlament, id-deputat Laburista Edward Zammit Lewis kien l-uniku wieħed illi qal li dan il-qtugħ tad-dawl mhux xi ħaġa tajba għall-pajjiż.

Miriam Dalli, minn naħa tagħha, ma tatx assigurazzjoni lil poplu li d-dawl mhux ser jinqata’.

Is-sajf li għadda pajjiżna esperjenza jiem sħaħ ta’ blackouts; bil-poplu jitħalla fi sħana tremenda – u ħafna familji kellhom jarmu dak kollu li kellhom fil-fridge u fil-freezers.

Anke l-President tal-Kummissjoni, waqt żjara f’Għawdex, kienet irrimarkat fuq dawn il-power cuts u l-ħtieġa li dak li seħħ ma jerġax jiġri.