Manwel Cuschieri, l-esponent ewlieni Laburista fil-fazzjoni ta’ Joseph Muscat, iddikjara li fil-Partit Laburista hemm min qed jeskludi lin-nies u qed jagħmel il-ħsara.
Waqt il-programm tiegħu Linja Diretta, Cuschieri saħansitra qal li l-poplu ta messaġġ fl-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju i għadda għalkemm uħud mill-messaġġi kienu diġà jafu bihom qabel l-elezzjoni u kienu ilhom ġejjien minn wara l-elezzjoni tal-2022.
Dawn id-dikjarazzjonijiet ċara juru kif wara l-kritika ta’ bosta persuni li kienu parti mill-Partit Laburista fosthom Cyrus Engerer u anke Conrad Borg Manche issa anke Manuel Cuschieri qed jikkritika lill-Gvern Laburista li mhux vera qed jisma’ l-karba tal-poplu.
Waqt il-programm, Cuschieri stqarr li l-poplu jrid verżjoni aħjar tal-Partit Laburista fejn il-ħidma ssir b’mod differenti. L-affarijiet li għandhom jinbidlu fil-Partit Laburista huma affarijiet li Cuschieri qal li hu ilu jitkellem fuqhom però li ħa jkollu jerġa’ jitkellem fuqhom.
Meta jkunu rappurati stejjer dwar persuni fil-Partit Laburista, għanda titieħed azzjoni imedjata, sostna Manuel Cuschieri u mhux kollox jibqa’ għaddej qisu qatt ma ġara xejn.
Cuschieri iddikjara b’mod mill-aktar dirett li sew jekk huwa partitarju kif ukoll jekk huwa fost l-ogħla esponenti tal-Gvern jekk dak li qed jiġi rappurat dwaru jkun veru mela allura, dan għandu jintalab biex jitlaq mill-Partit. Xi ħaġa b’mod evidenti tidher li mhux qed issir. Manwel Cuschieri spiċċa jistaqsi għaliex hemm diffikulta biex xi ħaġa bħal din issir.
Cuschieri issuġerixxa li tinħoloq struttura fil-Partit Laburista li ssegwi mill-viċin dak li jkun qed jiġi rrapurtat biex b’hekk fi kliemu stess il-Partit Laburista jibża għar-reputazzjoni tiegħu.
Intant Cuschieri tkellem dwar użanza oħra tal-Partit Laburista… dik li jipprova jikkonvinċi lin-nies biex jivvutaw permezz ta’ telefonati li jsiru fl-aħħar ġimgħat.
Waqt il-programm Linja Diretta, il-preżentatur spiċċa wkoll jitfa’ d-dubju dwar kemm il-customercare tal-Ministri u tas-Segretarji Parlamentari huma wieħed tal-aqwa servizz.
Cuschieri saħaq ukoll li l-Partit Laburista għandu jkun iżjed organizzat biex jisma’ aħjar dak li jridu n-nies.
Dwar il-laqgħat fil-lokalità li għamel Robert Abela waqt il-kampnja elettorali, Cuschieri qal li l-mistoqsijiet li jsiru min-nies għandhom ikunu ġenwini mhux bħal ma kienu din is-sena.
Cuschieri ikkonkluda billi indirizza lil dawk li eskludew lil Rosianne Cutajar, lil Conrad Borg Manche u lil Joseph Muscat u qal li minn eskluda lil dawn is-Soċjalisti qed jagħmel ħsara kbira lil Partit Laburista, li ssarfet f’dawn ir-riżultati.
//= $special ?>