Lokali Parlament

Il-poplu ddejjaq bil-politika tal-gvern Laburista

Graziella Attard Previ, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Provi qalet fil-parlament li fl-aħħar elezzjonijiet tal-parlament Ewropew u l-kunsilli lokali, il-poplu wera li kien iddejjaq bil-politika tal-gvern Laburista.


Graziella Attard Provi qalet li l-poplu wera li kien iddejjaq bil-politika tal-gvern Laburista u nduna li l-politika tal-gvern Laburista kienet u hi mibnija fuq l-ingann. Issa l-poplu u l-pajjiż ma jiflaħx iżjed.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li s-sistema qed tisfrutta lill-ħaddiema barranin u qed toħloq problemi fit-trasport pubbliku, fis-servziz mediċi, fid-drenaġġ u fl-ambjent. Hi sostniet li Malta tilfet ħafna mill-identità għaliex il-bini sar għoli wisq u tqaċċtu ħafna siġar.


Id-deputat Nazzjonalista sostniet li l-kwalità tal-ħajja qed tonqos tant li 17% tal-poplu qed jgħixu fil-faqar. Min-naħa l-oħra l-PL u l-Gvern huma maħkumin mill-imbruljuni li jgħixu ħajja ta’ lussu. Quddiem din is-sitwazzjoni Robert Abela u l-PL għamel lil Joseph Muscat u sħabu eroj biex mingħalihom jirbħu l-lezzjonijiet tal-parlament Ewropew u l-kunsilli lokali. Imma kollox fallielhom.


Graziella Attard Previ qalet li l-attakki fuq Roberta Metsola ma wasslu imkien għaliex Metsola hi politiku stmata madwar l-UE. Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern Laburista għamel u-turn dwar l-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Sofia iżda din kienet u-turn ta’ konvenzja u mhux ta’ konvinzjoni.