Graziella Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea qalet li jeħtieġ pjan serju dwar id-drenaġġ f’lokalitajiet li kibru.
Graziella Galea qalet li l-kwalità tal-ilma tjiebet iżda fadal ħafna xogħol li jrid isir fid-drenaġġ. Hi semmiet il-problemi f’San Pawl il-Baħar u sostniet li l-lokal illum kiber u għalhekk is-sistema trid tlaħħaq ma’ numru ferm ikbar ta’ persuni.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet każi li seħħew f’San Pawl il-Baħar u qalet li r-residenti damu għal xhur sħaħ mingħajr aċċess għat-triq u d-djar tagħhom. Dan l-interventi setgħu saru f’perjodu inqas.
Graziella Galea semmiet il-problemi ta’ rwejjaħ li hemm f’diversi zoni f’San Pawl il-Baħar u appellat biex il-proġetti li qed isiru kemm jista’ jkun isiru malajr, inkluż il-mina tad-drenaġġ. Dwar il-Qawra, hi qalet din iz-zona qed tikber u għalhekk hemm bżonn li s-sistema tissaħħaħ.
Id-deputat Nazzjonalista sosniet li l-proġett tal-ilma tat-tieni klassi f’San Pawl il-Baħar għadu għaddej b’inkovinjenti kbar fit-toroq. Jeħtieġ pjan serju biex ikun evitat li jkun hemm drenaġġ ifur fejn is-sena l-oħra kien hemm iktar minn 50 rapport f’San Pawl il-Baħar biss.