Lokali Parlament

Jeħtieġ soluzzjoni mmedjata għal annimali li qed jinżammu fis-Santwarju Sunshine f’Marsascala


Janice Chetcuti, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet fl-Aġġornament tal-parlament li jeħtieġ soluzzjoni immedjata għal numru annimali tal-irziezet li qed jinżammu fis-Santwarju Sunshine f’Marsacala u li se jispiċċaw bla post.


Janice Chetcuti qalet li kienet żaret is-Santwraju tal-Annimali Sunshine li jżomm annimali li jinżammu fl-irziezet. Dawn l-annimali jridu jiġu rilokati sa Settembru li ġej għaliex se jsir żvilupp fiż-żona dejn dawn jinżammu f’Marsascala.


Hi appellat biex l-awtoritajiet isibu soluzzjoni għal din il-problema għaliex dawn l-annimali kienu salvati minn traġedji li kienu għaddejjin minnhom fl-riziezet. Huma grupp żgħir ta’ nies li jgħinu lil dawn l-annimali. Hi appellat biex dawn l-annimali jitpoġġew f’wieħed mill-parks li hawn fil-pajjiż u sostniet li dan il-każ għandu jiftaħ għajnejn l-awtoritajiet dwar fejn jinażmmu l-annimali fi kwarantina.