Lokali Parlament

L-Awtorità tal-Artijiet hi fortizza li taħdem bla trasparenza u hi mimlija omertà


Stanley Zammit, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Stanley Zammit sostna fil-parlament li l-Awtorità tal-Artijiet hi fortizza bla trasparenza iżda b’omertà.


Stanley Zammit qal li l-Awtorità tal-Artijiet twaqqfet wara l-iskandlu ta’ Triq Zekka fl-2016. Hu qal li l-mentalità fl-Awtorità tal-Artijiet kienet waħda ta’ fortizza u bi tnaqqis ta’ trasparenza.


L-ex Segretarju Parlamentari Deborah Schembri u oħrajn kienu qed jieħu b’diversi ħluq permezz ta’ direct orders u fl-2020 kien hemm tentattivi biex iktar ħbieb igawdu minn din il-fortizza permezz ta’ offerti.


In-nuqqas ta’ trsparenza hi nuqqas ta’ governanza tajba, sostna Stanley Zammit, li semma’ l-ex impjant tal-gass f’Birżebbuga u f’Tal-Bebbux. Hu qal kien hemm trasparenza zero f’deċiżjonijiet f’dawn iż-żoni u qal li hu m’għandux aċċess għall-informazzjoni minkejja li hu membru tal-Bord.


Id-deputat Nazzjonalisti kompla li l-Prim Ministru qed jopera bi trasparenza zero u omertà sħiħa u żied li l-pubbliku jistaqsi ħafna informazzjoni dwar skemi tal-Awtorità iżda ma jingħatax informazzjoni. Il-pubbliku hu mċaħħad minn informazzjoni dwar l-art pubblika, sostna Stanley Zammit, li kompla l-Awtorità ma rrispondietx b’mod konkret fl-inkjesta dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia.


Nuqqas ta’ trasparenza oħra hi fil-mistoqsijiet parlamentari dwar l-art pubblika. Jeħtieġ li jkun hemm investiment qawwi fir-riżorsi umani fl-Awtorità, sostan d-deputat Nazzjonalista.