Portugall v Repubblika Ċeka – 9.00pm
Illum tiġi fi tmiemha l-ewwel ġurnata b’żewġ partiti minn Grupp F. Il-Portugall li huma wieħed mit-timijiet meqjusha bħala favoriti biex jirbħu din il-kompetizzjoni se jkunu qed jibdew kontra r-Repubblika Ċeka. Din se tkun ir-raba’ partita bejn dawn iż-żewġ timijiet fil-Kampjonati Ewropej.
Il-Portugall kienu l-unika tim li rnexxielu jirbaħ il-partiti kollha tal-fażi ta’ kwalifikazzjoni fejn irnexxielhom ukoll itemmu bħala l-aktar pajjiż li skorja gowls u l-pajjiż li kellu l-aħjar difiża. Għar-Repubblika Ċeka din se tkun il-11-il darba li qed jipparteċipaw fil-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej.
Il-kowċ tal-Portugall Roberto Martinez qal li meta jħares lejn l-avversarji tiegħu hu jammira l-istil li bih lagħbu matul dawn l-aħħar snin hekk kif għandhom mentalità offensiva.
Minn naħa tiegħu, Ivan Hasek il-kowċ tar-Repubblika Ċeka qali li l-plejer tal-Portugall jilagħbu mal-aqwa klabbs fid-dinja. Hu tkellem ukoll dwar Crsitiano Ronaldo fejn stqarr li wara l-partita jixtieq li l-plejer tiegħu jgħidu li rnexxielhom jirbħulu
Turkija v Ġeorġia – 6.00pm
F’partita oħra mill-istes grupp, jilagħbu t-Turkija kontra l-Ġeorġia. It-Turkija jibdew bħala l-favoriti f’din il-partita hekk kif rebħu tliet partiti minn ħamsa kontra l-Ġeorġia.
Din se tkun is-sitt darba lit-Turkija qed jikkompetu fil-Kampjonati Ewropej filwaqt li għal Ġeorġia dan se jkun id-debutt tagħhom f’fażi finali ta’ tournament maġġuri.
Il-kowċ Taljan tat-Turkija Vincenzo Montella qal li hu jixtieq li jara l-partitarji Torok kuntenti u kburin b’pajjiżhom fejn stqarr li fl-iskwadra għandu kemm plejers ta’ esperjenza bħal Hakan Calhanoglu kif ukoll plejer żagħżagħ bħal midfielder ta’ Real Madrid Arda Guler.
Il-kowċ Willy Sagnol qal li t-Turkija huwa wieħed mit-timijiet il-kbar li għandu plejer mill-aqwa. Hu stqarr li għall-Ġeorġia se tkun partita diffiċli iżda hu flimkien mal-plejer tiegħu se jaraw li jagħmluha kemm jista’ jkun diffiċli għat-tim Tork.
//= $special ?>