Aħbar ħażina għas-Serbja hekk kif Filip Kostic se jitlef il-kumplament tal-logħbiet wara li weġġa’ l-Ħadd li għadda kontra l-Ingilterra. Ix-xellugi weġġa’ l-ligament tal-irkoppa u ġie mibdul fit-43 minuta wara dwell ma’ Jude Bellingham. It-tabib tat-tim ikkonferma li l-plejer ta’ 31 sena se jkollu bżonn tal-anqas ġimagħtejn biex jirkupra.
Kostic hu wieħed mill-aktar plejers ta’ esperjenza fit-tim b’64 logħba. Jidher li l-plejer ta’ Juventus ma għandux bżonn operazzjoni iżda ma jistax jitħarreġ jew jikkompeti fil-livell meħtieġ. Kostic se jibqa’ mal-iskwadra u jsegwi t-tieni logħba tal-grupp kontra s-Slovenja qabel iħalli lit-tim nazzjonali biex ikompli t-trattament tiegħu. Is-Serbja tinsab fil-qiegħ ta’ Grupp Ċ u tilgħab il-Ħamis li ġej kontra s-Slovenja fl-Allianz Arena fi Munich.
//= $special ?>