Partitarju Ġermaniż tilef il-partita tal-ftuħ bejn il-Ġermanja u l-Iskozja wara li kiser idu kawża ta’ xutt tal-attakkant Ġermaniż Niclas Fűllkrug waqt il-preparazzjoni ta’ qabel il-logħba. Kai Flathmann kien bilqiegħda fuq in-naħa tal-lasta tal-Ġermanja meta xutt tal-attakkant għadda barra u spiċċa laqat id il-partitarju.
“Ma għandix kliem, affarijiet tal-imġienen. Bild (gazzetta Ġermaniża) qed jirrappurtaw fuq dan l-inċident sfortunat u l-FA Ġermaniża tinsab f’kuntatt miegħi wkoll,” qal il-partitarju f’kitba fuq il-media soċjali u b’ritratt tiegħu l-isptar.
Hu qal li laħaq biss jisma’ l-innijiet taż-żewġ nazzjonijiet waqt li ttieħed mill-istands fuq stretcher. B’hekk hu tilef ir-rebħa kbira ta’ 5-1 li l-Ġermanja kisbet, b’Fűllkrug irnexxielu wkoll iniżżel ismu fost l-iskorers.
//= $special ?>