Il-Ġermanja qed tħares lejn il-logħba kontra l-Ungerija fi Stuttgart bħala opportunità biex jaċċertaw mill-kwalifikazzjoni. L-organizzaturi bdew il-kompetizzjoni kif jixtiequ li jispiċċawha, b’rebħa dominanti fuq l-Iskozja ta’ 5-1, rebħa li kienet l-akbar waħda f’logħba tal-ftuħ.
It-tmexxija ta’ Julian Nagelsmann bħala kowċ nazzjonali jista’ jkun li bdiet bi ftit inċertezza iżda issa jinsabu fuq sensiela ta’ ħames logħbiet mingħajr telfa. Iżda attenzjoni għall-avversarji tagħhom hekk kif l-Ungerija fl-aħħar snin dejjem sabet tarf tal-Ġermanja.
Fl-aħħar edizzjoni li ntlagħbet tliet snin ilu, l-Ungerija żammet sod għal draw ta’ 2-2 u fl-aħħar edizzjoni tal-UEFA Nations League, huma kisbu erba’ punti kontra l-Ġermanja. Jekk fl-aħħar logħba kontra l-Iżvizzera kien hemm żbalji difensivi li kkundannaw lit-tim, din kienet biss it-tieni telfa fl-aħħar 17-il logħba.
Nagelsmann mhux mistenni jagħmel bidliet fit-tim li rebaħ kontra l-Iskozja, bil-captain Ilkay Gūndogan jinsab f’kundizzjoni tajba wara d-daħla minn Ryan Porteous li wasslet biex l-Iskoċċiż tkeċċa.
Marco Rossi għad irid ikollu s-servizzi ta’ Loic Nego u Callum Styles iżda minkejja li qed jirkupraw mhux mistennija li jibdew mill-bidu. Bendeguz Bolla jista’ jkun utilizzat mill-bidu fuq in-naħa leminija filwaqt li Dominik Szoboszlai jittama li jkollu prestazzjoni aħjar wara li kien frustrat fl-ewwel logħba.
//= $special ?>