Il-Ministru tal-Infrastruttura Chris Bonett qed jibqa’ jirrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet parlamentari dwar kemm qed jiġu jiswew numru ta’ proġetti ta’ toroq madwar Malta.
Fil-parlament, il-Ministru Chris Bonett qed jirrifjuta li jwieġeb mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Joe Giglio li staqsa kemm ġew jiswew xogħlijiet f’diversi toroq, kemm kien l-ammont allokat għalihom, kemm damu biex isiru u jekk ix-xogħlijiet sarux skont il-pjan.
Fost it-toroq li dwarhom intalbet l-informazzjoni, hemm toroq arterjali bħal Triq San Gejtanu u Triq Joe Sciberras fil-Ħamrun, toroq fiz-zona ta’ Smart City u Triq il-Kapuċċini fil-Kalkara, flimkien ma’ numru ta’ toroq f’Ħal Lija, Bormla, Ħad-Dingli, Birżebbuġa u Birkirkara.
Quddiem dawn il-mistoqsijiet parlamentari, il-Ministru Bonett qed iwieġeb dejjem bl-istess mod u kelma b’kelma billi jsostni li dawn it-toroq huma parti mill-investiment ta’ €700 miljun li l-gvern investa f’seba’ snin biex isiru t-toroq.
O
//= $special ?>