It-tmexxija ta’ Kastilja qed tfalli fill-governanza, il-klijentaliżmu, it-traffiku, l-ambjent, l-iffullar tal-popolazzjoni. Hekk stqarr l-Eks Mexxejtal-Partit Laburista Alfred Sant waqt intervista li kellu mal-Malta Today.
Waqt din l-intervista, Sant tkellem ukoll dwar dak li seħħ quddiem il-Qorti metra tressaq l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat il-Qorti fejn hu sostna li l-partitarji Laburisti ma kellhomx jitlaqgħu f’nofs kampanja elettorali. Dan hekk kif laqgħa bħal din li ma kinitx organizzata mill-Gvern turi li m’hemmx messaġġ unit. Ix-xeni ta’ quddiem il-Qorti fil-fatt jaf li darrsu kemm lill-hardcore tal-Partit Laburista kif ukoll lill-floaters.
L-Eks Kap tal-Partit Labursita tkellem ukoll dwar il-klijentaliżmu, u qal li meta dan ikun daqshekk in your face, dan jibda jurta lin-nies. Hawn Sant semma l-cutomer care tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari u qal li saħansitra spiċċajna b’kompetizzjoni ta’ klijentaliżmu. Eżempju ta’ klijentaliżmu li ma ħadimx tajjeb kien dak tal-housing tas-Siġġiewi, stqarr Alfred Sant.
Intant, temm jgħid Alfred Sant, l-iżvillup ambjentali li wassal għal żieda ta’ bini salvaġġ, kif ukoll in-nuqqas ta’ attenzjoni għall-efetti ambjentali qed joħolqu rabja fost il-poplu li eventwalment taf tisplodi.
//= $special ?>