Wara li l-Gvern ilu issa xhur sħaħ iffukat biss fuq it-taqlib intern u wara li nesa kompletament l-istat li tinsab fih l-ekonomija ta’ pajjiżna, Robert Abela jinsab fix-xifer li jdaħħal lil Malta fl-excessive deficit procedure. Dan minħabba li l-iżbilanċ fil-finanzi pubbliċi sploda; u l-famuż surplus tar mar-riħ.
Kienet il-Kummissjoni Ewropea li fl-aħħar sigħat ħarġet twissija ċara lill-Gvern ta’ Abela minħabba d-deficit enormi li għandu l-pajjiż, u minħabba deċiżjonijiet li ttieħdu fl-aħħar snin.
Apparti l-Gvern Malti, hemm lista ta’ tmien pajjiżi li għandhom din l-istess twissija – fosthom is-Slovakkja, il-Polonja, l-Ungerija, u l-Italja. Il-Gvern ta’ Robert Abela jgħid biss li l-iżbilanċ se jinżel għal taħt it-3% fl-erba’ snin li ġejjin.
Fl-analiżi tagħha, il-Kummissjoni mhux biss twissi lill-Gvern dwar id-deficit, iżda twissih ukoll dwar il-problema enormi tat-traffiku, u n-nuqqas ta’ investiment f’sorsi rinnovabbli ta’ enerġija. Dan apparti l-fatt li qed jinħarġu sussidji bla pjan.
Il-Kummissjoni Ewropea qed tgħid li wara l-analiżi li saret tal-mod kif qed jimxi bih il-Gvern ta’ Abela, qed titressaq proposta biex tinfetaħ l-excessive deficit procedure. Dan il-pass mistenni jkun konfermat ix-xahar id-dieħel.
Fl-aħħar kwart tal-2023, Malta rreġistrat l-ogħla deficit minn fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, b’9.4% – l-aktar defiċit għoli mill-pajjiżi membri tal-istess unjoni. Dan wassal biex id-dejn ta’ pajjiżna sploda għal €10 biljuni.
//= $special ?>