Kull tarbija għandha bżonn il-preżenza tal-ġenituri, speċjalment fl-ewwel sentejn.
Hekk stqarr Monsinjur Anton Teuma fl-omelija li wassal il-Ħadd mis-Santwarju f’Ta’ Pinu… fejn tkellem b’mod dirett ħafna dwar id-dmirijiet tal-ġenituri, u kontra l-idea li t-tfal jiġu litteralment ipparkjati għand in-nanniet.
L-Isqof t’Għawdex kien ċar ħafna fi kliemu. Tant li iddikjara li ilum, bħala soċjetà, spiċċajna storduti.
Monsinjur Anton Teuma ddikjara li llum spiċċajna tbegħidna minn dak kollu li huwa semplici. U kważi kważi l-paċenzja telqitilna, ħarbitilna.
Hu fakkar ukoll li għall-bniedem, l-iktar affarijiet essenzjali huma l-affarijiet iż-żgħar, li ħafna drabi nieħdu for granted.
L-affarijiet iż-żgħar iżommuha relazzjoni. L-affarijiet iż-żgħar jagħmluha l-imħabba, stqarr l-isqof Teuma.
//= $special ?>