Sport

It-tim nazzjonali Malti fil-kampjonat mondjali tal-pool

It-tim nazzjonali Malti tal-irġiel kellu bidu mill-aqwa fil-kampjonat mondjali tal-pool meta kiseb żewġ rebħiet minn daqstant logħob.  Fl-ewwel logħba t-tim Malti kiseb rebħa kbira ta’ 16-5 fuq it-tim nazzjonali ta’ Mauritius, filwaqt li fit-tieni logħba għeleb lill-Iskozja b’ rebħa komda ta’ 14-7. It-tim Malti jerga’ jkun fl-azzjoni kontra l-Beljġu.  

It-tim Malta tal-Over 50’s ma kellux l-istess fortuna meta fl-ewwel logħba gie megħlub mit-tim nazzjonali tal-Awstralja bl-iskor ta’ 8-7.