Raġel ta’ 29 sena residenti San Pawl il-Baħar, weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bejn karozza u mutur.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tat-8:10 fi Triq Buqana, ir-Rabat.
Il-Pulizija marret fil-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kien seħħ impatt bejn m,utur misjuq mir-raġel, u karozza li kienet wieqfa fit-traffiku.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>