Lokali Parlament

“L-Ispeaker tal-Parlament għandu l-obbligu jiddefendi d-demokrazija” – Repubblika

Repubblika tesprimi l-preokkupazzjoni tagħha bis-sitwazzjoni gravi li qed tiżviluppa fil-Parlament Malti.

Aħna jidhrilna li l-pożizzjoni li qed jieħu l-Ispeaker fejn mhu qed jagħmel xejn meta ministri tal-Gvern ma jirrispondux għall-mistoqsijiet parlamentari, hija theddida lid-demokrazija.

F’demokrazija parlamentari, il-Gvern irid jagħti kont ta’ għemilu lill-Parlament. Allura, il-pożizzjoni tal-Ispeaker Anġlu Farrugia ma tagħmilx sens u qed tħalli għaddej l-insult tal-Gvern fejn ma jagħtix kont ta’ għemilu.  

Aħna nistennew li l-Prim Ministru jiżgura li l-ministri tiegħu jagħtu l-informazzjoni kollha li jitolbu r-rappreżentanti tal-poplu fil-Parlament. Nistennew ukoll li l-Ispeaker iwaqqaf l-arroganza tal-ministri li jaħsbu li huma m’għandhomx jagħtu kont ta’ għemilhom