MeDirect, l-ewwel bank diġitali Malti, ingħata l-Platinum Medal minn EcoVadis. Dan il-premju prestiġjuż, ippreżentat minn wieħed mill-provdituri l-aktar affidabbli ta’ ratings dwar is-sostenibbiltà fin-negozju, poġġa lil MeDirect fl-aqwa wieħed fil-kumpaniji evalwati globalment minn EcoVadis matul dawn l-aħħar 12-il xahar.
L-assessjar ta’ EcoVadis jikkunsidra l-prestazzjoni ambjentali, soċjali u etika ta’ organizzazzjoni. Aktar minn 130,000 kumpanija huma kklassifikati kull sena b’punti mogħtija fuq diversi kriterji. L-assessjar ta’ MeDirect għall-2024 rat lill-organizzazzjoni tingħata l-aktar midalja prestiġjuża minn EcoVadis.
Alberto Redondo Miro, Specialist – Sustainability & ESG, MeDirect Malta, qal: “Dan ir-riżultat eċċellenti jenfasizza x-xogħol iebes li qed jagħmel MeDirect biex jiżgura l-ogħla standards ta’ ESG. Kemm meta nkunu qed innaqqsu l-carbon footprint tagħna jew niżguraw li l-klijenti u l-kollegi jiġu ttrattati bl-akbar ġustizzja u rispett, qed nieħdu azzjoni u nimplimentaw politika tajba biex inwasslu futur sostenibbli għall-organizzazzjoni tagħna u s-soċjetà inġenerali. Ovvjament, hemm ħafna aktar xi jsir u l-klassifikazzjoni EcoVadis tas-sena d-dieħla se tgħidilna kemm sar aktar progress.”
//= $special ?>