Sport

Organizzat b’suċċess The Mdina Knights Trophy Malta

Ġie organizzat b’suċċess turnament internazzjonali ta’ taħt il-11-il sena bl-isem ta’ Mdina Knights Trophy Malta, fil-grawnd ta’ Sant’Agata, fir-Rabat.

Erba’ timijiet Maltin, iġifieri Mellieħa Sports Club, Next Era Football Academy, Football School Education Florin Paun u R 90 Academy, kif ukoll erbgħa oħra Rumeni ARO Campulung Muscel, ASC Luceafarul (tim A u B) u CSS Dinicu Golescu, ħadu sehem f’dan it-turnament maqsum fuq jumejn.

L-organizzazzjoni ta’ dan it-turnament kienet waħda impekkabbli fejn it-tfal kollha li pparteċipaw kellhom ukoll iċ-ċans li jmorru ħarġiet madwar il-gżejjer Maltin kif ukoll attendew attivitajiet edukattivi.

Sadanittant, tħabbar li Mdina Knights se jkunu qed jagħmlu kollaborazzjoni mal-akkademja Football School Education Florin Paun sabiex dawn tal-aħħar jipprovdu t-tfal li eventwalment jieħdu sehem fil-kampjonat tal-Youths tal-MFA.

Fi tmiem l-attività saret il-premjazzjoni mill-Viċi President tal-MFA Maria Azzopardi, fil-preżenza tal-membru tal-kumitat ta’ Mdina Knights, Ray Formosa.