Għal dawn il-ġimagħtejn PROFILI se jkun qed jirritorna fis-serati tal-Erbgħa. Illejla, il-mistiedna se tkun Christabelle Scerri. Minn tfulitha fil-Floriana sal-lum, ir-rakkont se jeħodna fuq is-suċċess li kisbet matul is-snin, bil-bidu tagħha anki fuq it-televiżjoni f’Aħn’Aħna jew m’aħniex.
L-esperjenzi tagħha wkoll bħala edukatur wasluha biex tħares lejn il-ħajja minn lenti differenti, b’għemil li dejjem wieħed jeħtieġ jgħin u jifhem.
Se tkellimna wkoll fost l-oħrajn dwar il-karriera tagħha fil-kant, fejn anki kienet kantat f’Royal Albert Hall, f’Londra.
PROFILI, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Beverly Abela, illejla fid-9.30pm fuq NET Television (il-ħin tal-programm ġie pospost b’siegħa minħabba li fit-8.30pm se ssir intervista live mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fil-programm Spotlight).
//= $special ?>