Sewwieq ta’ mutur miż-Żebbuġ, Għawdex spiċċa jissielet għal ħajtu wara li kien involut f’inċident fiċ-Ċirkewwa.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-erbgħa u nofs tal-Erbgħa waranofsinhar meta r-raġel ta’ 61 sena li kien qed isuq mutur Honda, u għal xi raġuni ħabat mal-barrikati bil-konsegwenza li waqa’.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi serji. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>