Internazzjonali

Vladimir Putin jirċievi merħba sabiħa mal-wasla tiegħu l-Korea ta’ Fuq

Jiena nagħti l-appoġġ kollu tiegħi lir-Russja li qed tinvadi lill-Ukrajna.

Hekk iddikjara l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq waqt laqgħa li kellu mal-President tar-Russja Vladimir Putin, li minn naħa tiegħu ddiskirva din il-laqgħa bħala waħda pożittiva ħafna.

Intant aktar kmieni l-President tar-Russja Vladimir Putin irċieva merħba sabiħa mal-wasla tiegħu l-Korea ta’ Fuq, u minkejja li wasal tard ħafna matul il-lejl u kien milqugħ mill-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un innifsu fuq it-tapit l-aħmar.

Matul il-jum, huwa skedat li ż-żewġ mexxejja jkollhom diskussjoni twila ta’ xejn anqas minn siegħa u nofs. L-Istati Uniti qed takkuża lill-Korea ta’ Fuq li din qed tissupplixxi lir-Russja bl-armamenti li r-Russja tant għandha bżonn biex tkompli tattakka lill-Ukrajna. Waqt li skont l-Istati Uniti, ir-Russja qed tagħti lill-Korea ta’ Fuq ikel u anke għajununa umanitarja.

L-aħħar laqgħa bejn Putin u Kim Jong Un kienet saret f’Settembru fil-belt Russa ta’  Vladivostok – u din iż-żjara tal-President Russu fi Pyongyang, fil-fatt, hi l-ewwel waħda tiegħu mis-sena 2000.