Internazzjonali

Il-leġġenda tal-baseball Willie Mays imut fl-età ta’ 93 sena

Skont is-San Francisco Giants, il-leġġenda tal-baseball Willie Mays miet fl-età ta’ 93 sena. Mays kien rebaħ l-unur ta ‘l-Aktar Plejers Siewi’ tal-kampjonat għal darbtejn. Hu kien inaqgħad mas-San Francisco Giants fl-1950 u baqa’ jilgħab magħhom sal-1972, fejn wara sentejn irtira fl-eta ta’ 41 sena.

It-tifel tiegħu Micheal, qal li missieru miet fil-preżenza tal-familja kollha tiegħu, waqt li rringrazzja lis-segwaċċi kollha ta’ missieru li dejjem urew l-appoġġ tagħhom.

Il-Kummissarju tal-Major League Baseball Rob Manfred qal li l-kisbiet u l-istatistika inkredibbli tiegħu qatt ma jistgħu jiddiskrivu l-impatt li Mays kien iħalli fuq il-logħba.

Is-Sindku ta’ San Francisco London Breed ukoll sellem il-memorja ta’ dan il-leġġenda u qal li Mays kien “l-aqwa plejer li qatt kien hemm”.