Illum, 36 ċiklist flimkien ma’ sitta oħra li se jkunu qed jappoġġjawhom, se jkunu qed jibdew maratona ta’ 1,200 km minn Milan sa Girona. Din il-maratona ta’ sebat ijiem hija parti minn VisitMalta ALIVE 2024 Cycling Challenge, bil-għan li jinġabru fondi b’risq ir-riċerka dwar il-kanċer fi ħdan l-Università ta’ Malta.
Bla dubju ta’ xejn kull parteċipant ilu ġimgħat jitħarreġ għal din il-maratona bil-għan mhux biss li din il-maratona tkun ta’ suċċess f’termini ta’ kilometri, imma li fuq kollox tħalli impatt pożittiv fuq il-ġlieda kontra l-kanċer.
Minkejja li din hija maratona ta’ sfidi kbar, iċ-ċiklisti huma determinati li jirnexxu.
Id-donazzjonijiet jistgħu jsiru permezz ta:
Paypal: https://bit.ly/Alivedonation
BOV mobile: +356 9999 9654
https://alivecharity.com/