L-EPP għażel Maltija bħalna, MEP tal-Partit Nazzjonalista, bħala l-kandidata tiegħu għall-President tal-Parlament Ewropew. U issa nittama li Robert Abela u l-Partit Laburista jwaqqfu l-interessi partiġjani, jagħrfu l-interess nazzjonali u jagħtu l-appoġġ tagħhom lil Roberta Metsola.
Hekk iddikjara din il-ġimgħa l-Kap tal-PN Bernard Grech wara l-appoġġ b’saħħtu li kisbet Metsola mill-EPP, biex isservi għal mandat ieħor.
Il-Kap tal-PN fakkar li Robert Abela u l-Partit Laburista għamlu kampanja sħiħa jattakkaw u jivvintaw fuq Roberta Metsola. Iżda issa li l-kampanja għaddiet, Abela jibdel ir-rotta u jqiegħed l-ewwel l-interess nazzjonali qabel kull interess ieħor.
Iżda meta mistoqsi minn Net News, il-Prim Ministru baqa’ vag u qalilna biss li mhux se jimxi b’mod partiġjan.
Intant, quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, stqasejna wkoll lill-PM dwar l-iżbilanc ecċċssiv li għandu l-pajji u t-twissija inkwetanti li ħarġet mill-Kummissjoni Ewropea, tant li l-Gvern Laburista se jdaħħalna f’excessive deficit procedure.
//= $special ?>