Net News jista’ jiżvela li għalkemm Robert Abela rreżista li l-Grupp Parlamentari Laburista jagħmel diskussjoni dwar ir-riżultati tal-aħħar elezzjonijiet, hu xorta spiċċa kellu jċedi. U llum fin-12.30pm se jkun qed jitlaqqa’ l-Grupp Parlamentari Laburista biex jiddiskuti r-riżultat tal-elezzjonijiet tat-8 ta’ Ġunju.
Id-Deputat Laburista li għadda l-Aġenda tal-Grupp Parlamentari Laburista lil Net News qalilna ii jispera li waqt din il-laqgħa Robert Abela juri ftit umiltà u ma jerġax jagħmel bħalma għamel fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista fejn ipprova jwaħħal f’kulħadd ħlief fih innifsu għar-riżultat elettorali; arroganza li ntweriet ukoll fir-rally tal-Ħadd li għadda, meta ċertu esponenti tal-Labour lanqas biss ingħataw post fis-sala – xi ħaġa li kienet żvelata minn sors ieħor ta’ dan is-sit, mill-qalba tal-Partit Laburista.
Intant, l-istess Deputat Laburista li tkellem magħna fl-aħħar sigħat qalilna li l-uniku mod kif Robert Abela jista’ jimxi ‘l quddiem wara r-riżultat elettorali huwa jekk waqt il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari jitlob vot ta’ fiduċja sigriet biex ikun jista’ jara x’support għandu fost il-Grupp Parlamentari. “Hekk biss jista’ jerġa’ jikseb l-awtorità biex imexxi l-Gvern”, saħaq dan l-istess Deputat Laburista.
//= $special ?>