Hekk kif kompliet il-kawża tal-Vitals li fiha l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat, l-Eks Ministru Konrad Mizzi u l-Eks Chief of Staff Keith Schembri qed jiġu akkużati bi frodi, il-Prosekuzzjoni semmiet kif kien hemm biżżejjed provi prima facie dwar il-kumpanija Technoline u dwar kif din ingħatat mal-€5 miljun fi transazzjonijiet frawdolenti, hekk kif dawn il-flus suppost intefqu fuq l-isptarijiet.
Francesco Refalo, mill-Uffiċju tal-Avukat Ġenerali, qal li hemm evdienza ċara li turi li Gateway ingħatat mal-€5 miljun mingħand Vitals biex tixtri lil Technoline, li kienet l-unika kumpanija li kienet qed tipprovdi lil Vitals bit-tagħmir. Dawn il-flus kienu kollha miljuni fi frodi, li suppost intefqu fuq l-Isptarijiet.
L-avukat Refalo argumenta wkoll li kien hemm biżżejjed evidenza li turi kif MTrace wkoll kisbet self frawdolenti mingħand il-Malta Enterprise
Waqt il-kawża, kien konfermat li l-apparat kollu li kellu jintuża fil-proġett Cyclotron għall-kura tal-kanċer għadu fil-kaxxi fil-Life Sciences Park, biswit Mater Dei. Dan ifisser li l-apparat tal-kanċer ukoll spiċċa vittma ta’ din il-frodi; l-akbar serqa fl-istorja ta’ pajjiżna.
Fil-Qorti, xehed ukoll l-Uffiċjal Ewlieni tal-Awtorità tal-Ippjanar, Ian Galea, li qal li l-permess għall-faċilità tas-Cyaclotron kien ħareġ anke jekk ma kienx hemm talba speċifika għalih.
Madanakollu, il-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità tal-Mediċini, Anthony Serracino Inglot, qal li ma kien hemm l-ebda permess għas-Cyclotron, u lanqas biss kien hemm applikazzjoni għal pemerss mingħand il-Malta Enterprise meta din xtrat il-faċilità mingħand Mtrace – kumpanija ta’ Steward u Andrea Marsili.
//= $special ?>